08 September 2010    
Dialogues In Society
DJALOGI FIS-SOCJETA' - Konferenza Stampa u l-ahhar Press Release

Il-Knisja trid toffri attenzjoni ghal spazji formattivi ma' dawk il-kategoriji u gruppi fis-socjeta' li, ghalkemm mhumiex direttament impenjati pastoralment, ihossu l-htiega li fit-twettiq tal-hidma jew tal-professjoni taghhom jaghmlu konfront kontinwu  profond mal-messagg ta' Kristu u tal-Knisja tieghu (Charter - Istitut ta' Formazzjoni Pastorali).

Press release (link) 8 ta' Mejju 2007



KONFERENZA STAMPA
27  TA’ APRIL 2007

DJALOGU FIS-SOCJETA’

Il-Knisja f’Malta, fil-hidma taghha ta’ evangelizzazzjoni, taghraf bhala mpenn urgenti l-formazzjoni tal-membri taghha. Is-sejha li harget mis-Sinodu Djocesan turi bic-car wahda mill-ikbar sfidi li ghandha quddiemha l-Knisja f’Malta bhalissa: dik li tipprepara nsara ghall-htigiet veri tar-realta’ socjali kif inhi llum.

Fid-dawl tas-Sinodu, il-Knisja trid toffri wkoll attenzjoni ghal spazji formattivi ma’ dawk il-kategoriji u gruppi fis-socjetà li, ghalkemm mhumiex direttament impenjati pastoralment, ihossu l-htiega li fit-twettiq tal-hidma jew tal-professjoni taghhom jaghmlu konfront kontinwu u profond mal-messagg ta’ Kristu u tal-Knisja tieghu.

Bhala konsegwenza ta’ dan il-Mission Statement, l-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI jilqa’ bhala wahda mill-isfidi ewlenin dik li jipprovdi opportunitajiet ghal formazzjoni holistika kif mehtiega lill-membri kollha tal-komunita’ kattolika f’Malta. Fost dawn l-isforzi sabiex tissahhah l-identità ta’ din il-komunità ta’ ahwa, l-ISTITUT irid mhux biss joffri opportunitajiet ta’ (a) formazzjoni permanenti, (b) ta’ esperjenzi spiritwali, (c) u formazzjoni professjonali ta’ l-operaturi pastorali ghat-twettiq tal-ministeri u tal-hidmiet taghhom; imma wkoll (d) jipprovdi esperjenzi ta’ djalogu mas-socjetà Maltija.

Minn dawn il-paragrafi ta’ hawn fuq tiehu l-ispirazzjoni taghha l-inizjattiva tad-DJALOGI FIS-SOCJETA’.

L-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI huwa mpenjat biex johloq spazji fejn tista’ tigi diskussa u maghrufa iktar l-identita’ ta’ tant insara li jirrikonoxxu ruhhom bhala membri nsara tal-Knisja f’Malta.

Matul dawn l-ahhar xhur saru hafna preparamenti minn equip li twaqqaf apposta fi hdan l-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI biex jippromwovi dawn l-ispazji ta’ diskussjoni. Dan l-equip, li l-ko-ordinatur tieghu huwa l-Professur Salvinu Busuttil, ghandu bhala mpenn primarju li joffri spazji fejn l-isfida li ggib maghha l-fidi, l-istedina li nghixu u nipprattikaw il-Kmandament ta’ l-Imhabba mwassal lilna minn Kristu, ma tibqax biss haga tradizzjonali, riservata. Imma li tkun sfida u stedina li permezz taghha l-persuna tidhol iktar fil-fond tat-tifsira li ggib maghha s-sejha li timxi wara Kristu llum, f’din is-socjeta’ taghna.

Is-serje ta’ tliet laqghat se jsiru fil-Phoenicia Ballroom, Floriana, nhar ta’ TNEJN, 14, 21 u 28 ta’ Mejju 2007, mis-7.00pm  sat-8.30pm.

   Iktar dettalji taht Djalogi fis-Socjeta' - Programm