Il-Catholic Social Teaching Course hu twil sentejn u l-laqghat isiru kull nhar ta’ Erbgha fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Il-kors kollu jikkonsisti f’sitt modules u hu maghmul b’mod li wiehed jista’ jattendi ghall-kors kollu jew ghall-modules li jinteressawh biss. Din is-sena wiehed jista' japplika ghal wiehed jew aktar minn module IV sa module VI. Tista' tapplika billi tibghat e-mail fuq: pfi@maltadiocese.org